Aġġornata
Maltempata qawwija u bir-ragħad ħasdet lil ħafna li kienu qed jittamaw għal temp tajjeb f’Jum il-Vitorja.
Is-sħab iswed ilu jinġema’ sa minn filgħodu, iżda minkejja t-temp sħun u umduż matul il-ġurnata, tard waranofsinhar faqqgħet maltempata qawwija bir-ragħad f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Il-maltemp wassal biex l-Għaqda Mużikali ‘Imperial’ tal-Mellieħa ħabbret, permezz ta’ Facebook, li l-attivitajiet li kienu pjanati għal filgħaxija biex jiġi ċċelebrat Jum il-Festa fil-Mellieħa, kellhom jitħassru minħabba t-temp.
Imma anke l-festi kollha l-oħra tal-Bambina ġew ikkanċellati. Il-purċissjoni tal-Bambina tax-Xagħra Għawdex ġiet posposta, filwaqt li l-purċissjonijiet tan-Naxxar u tal-Isla se jsiru s-Sibt.
Sadanittant, jidher li l-maltemp m’affettwax ir-regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir. Ir-regata hija tradizzjoni antika ta’ tlielaq bid-dgħajjes tal-qdif u li ssir darbtejn f’sena: f’Jum il-Ħelsien u f’Jum il-Vitorja.
https://www.facebook.com/ghaqda.imperial/posts/1626732387366694?pnref=story