Sport Sport Ieħor

Bormla jirbħu l-Kategorija Open kif ukoll il-Kategorija B tar-Regatta Tradizzjonali

Il-partitarji u qaddiefa tad-distrett ta' Bormla jiċċelebraw (Ritratt: Martin Agius)

Id-distrett ta’ Bormla rebaħ il-Kategorija Open kif ukoll il-Kategorija B fir-Regatta Tradizzjonali tat-8 ta’ Settembru. Din is-sena, din it-tradizzjoni kienet imtappna ftit bil-maltemp li għal xi ħinijiet waqqaf it-tiġrija.

Fil-Kategorija Open, Bormla spiċċaw bi 80 punt wara li rebħu l-ewwel erba’ tiġrijiet u spiċċaw it-tieni fl-aħħar waħda dik tad-Dgħajjes B tal-Pass. Fit-tieni post spiċċa d-distrett tal-Marsab’total ta’ 34 punt filwaqt li Marsamxett spiċċaw it-tielet b’20 punt.

Fil-Kategorija B, Bormla spiċċaw rebbieħa wkoll bi 80 punt wara li rebħu t-tiġrijiet kollha ħlief dik tal-Frejgatini li spiċċaw it-tielet. Birżebbuġa spiċċaw it-tieni bi 28 punt filwaqt li d-distrett tal-Isla spiċċaw it-tielet b’24 punt.

Tags