Lokali

Mara taqa’ minn għoli ta’ żewġ sulari

Mara ta’ 34 sena miż-Żurrieq sofriet ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli ta’ żewġ sulari minn residenza f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5a.m. fi Triq Dun Ġużepp Bonanno f’Ħaż-Żebbuġ fejn minn stħarriġ preliminari mill-Pulizija, irriżulta li għal xi raġuni, mara waqgħet minn gallarija.

Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.