Lokali

In-Nazzjon 08.09.2017

L-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon hi dominata minn żewġ aħbarijiet tal-Qorti, b’ritratti juru ż-żewġt irġiel li tressqu l-Qorti lbieraħ akkużati bis-serqa mill-Kolleġġjata ta’ Bormla. Storja oħra ewlenija tittratta fid-dettal, b’rapport ta’ Joe Mikallef, l-akkużi kontra missier u omm li kkorrompew liż-żewġ uliedhom.

In-Nazzjon ikompli jippubblika kuljum żewġ paġni b’rapporti, ritratti u aħbarijiet mill-kampanja taż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Feature interessanti jittratta t-tifkira li qed tiġi kkommemorata llum tal-Assedju l-Kbir u tar-rebħa tat-8 ta’ Settembru 1565. Paġna oħra hi dedikata għall-festi li qed jiġu ċċelebrati marbuta mal-festa ta’ Maria Bambina.

L-opinjoni tal-lum ta’ Joe M. Zahra tanalizza l-effett tal-bini fuq il-kirjiet waqt li r-riflessjoni ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa hi ta’ Fr Mario Attard.