Elezzjoni Kap PN

Sa issa nġabru 7,000 dokument tal-vot

Illum minkejja li festa pubblika fid-Dar Centrali tal-Partit Nazzjonalista qed ikomplu jingabru l-voti tat-tesserati li se jivvutaw fl-elezzjoni ghal kap tal-Partit Nazzjonalista. Illum gbir tal-voti jibqa’ sejjer sas-6 tal-lejla. Sal-bierah filgħaxija, aktar minn ġimgħa qabel l-elezzjoni inġabru aktar minn 7,000 vot.

Id-dokumenti tal-voti qed jinġabru wkoll mis-sub headquarters tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat, fi proċess immexxi mill-Kummissjoni Elettorali tal-PN.

Permezz ta’ dan il-proċess il-PN se jkun l-ewwel u l-uniku partit politiku f’Malta li fih il-Kap ikun magħżul minn fost it-tesserati. Fil-fatt se jkunu eligibbli jivvutaw 22,000 tesserat.

Din is-sistema kienet introdotta fl-aħħar snin għaliex qabel il-Kap tal-PN kien dejjem ikun magħżul minn fost il-kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali tal-PN.

It-tesserati se jkunu jistgħu jiġbru l-vot mid-Dar Centrali sal-Ħamis 14 ta’ Settembru mid-9 am sas-6 pm.

Is-Sibt u l-Hadd li gej mhux ser jingabru voti minhabba li se jsir l-early voting fid-Dar Ċentrali u fis-Sub Headquarters tal-PN f’Ta’ Sannat.

It-tieni fażi tal-votazzjoni se ssir fis-16 ta’ Settembru waqt il-Konvenzjoni Ġenerali f’Malta, bit-tesserati jistghu jivvutaw se fl-MFCC f’Ta’ Qali u fuq il-Fosos tal-Floriana, filwaqt li f’Għawdex jistghu jivvutaw f’Ta’ Sannat.