Internazzjonali

Se jintbagħtu truppi għaż-żamma tal-paċi tan-NU lejn il-Libja

In-Nazzjonijiet Uniti qed tlesti biex tibgħat mal-250 suldat għaż-żamma tal-paċi lejn il-Libja. Din il-forza se tintuża biex tgħasses il-bażi tan-NU fil-kapitali Libjana u bħala parti mill-pjan biex in-NU tirritorna lura Tripoli. Ghassan Salame, il-mibgħut tan-Nazzjonijiet Uniti għal-Libja, f’kummenti lill-ġurnal Taljan La Stampa qal ukoll li dawn it-truppi għaż-żamma tal-paċi mistennija jibdew jaslu fil-Libja fil-ġimgħat li ġejjin.