Il-Messiku ntlaqat b’terremot qawwi ta’ 8.1 fuq l-iskala Richter. L-epiċentru tat-terremot seħħ madwar 87 kilometru fin-nofsinhar-punent tal-villaġġ Pijijiapan, f’fond ta’ 70 kilometru. Sa issa għad m’hemmx ċifra uffiċjali dwar il-vittmi ta’ dan it-terremot, iżda l-ewwel rapporti jindikaw li kien hemm tal-anqas tliet vittmi.
B’konsegwenza tat-terremot, ħarġet twissija li seta’ jkun ikkaġunat tsunami ta’ madwar nofs metru, u aktar tard sar magħruf li t-twissija ma tgħoddx biss għall-Messiku, iżda tgħodd ukoll għall-Gwatemala, għall-Costa Rica, għan-Nicaragua, għall-Panama u għall-Honduras.
Rapporti fil-media internazzjonali qalu li t-theżżiż ikkaġunat mit-terremot dam jinħass għal madwar minuta sħiħa u minnufih irriżultat straġi f’diversi nħawi fil-Messiku, b’mod partikolari f’Mexico City, b’binjiet sħaħ jitriegħdu u b’eluf ta’ persuni jinżlu fit-toroq.
Wara l-aħħar theżżiża, inħassew numru ta’ theżżiżiet oħra iżgħar, b’qawwa li tvarja bejn l-4.9 u l-5.7 fuq l-iskala Ricther. Sadanittant, il-Lvant tal-Messiku jinsab taħt theddida oħra, din id-darba mill-uragan Katia.
//= $special ?>