Sport Sport Ieħor

Thomas de Gendt jirbaħ id-19-il stadju ta’ La Vuelta

Iċ-ċiklist Belġjan Thomas de Gendt jiċċelebra wara li rebaħ id-19-il stadju (Ritratt: EPA)

Chris Froome żamm il-vantaġġ tiegħu fit-tour Spanjol La Vuelta hekk kif Thomas De Gendt rebaħ id-19-il stadju bi sprint wara li rnexxielu jinqata’ minn mal-grupp fl-aħħar fażi tal-istadju.

Froome li qed jittama li jsir l-ewwel ċiklist li mill-1978 li jirbaħ it-Tour de France u l-Vuelta fl-istess staġun, baqa’ minuta u 37 sekonda vantaġġ fuq Vincenzo Nibali ta’ Bahrain Merida.

It-tliet darbiet rebbieħ Alberto Contador attakk minn barra l-grupp tal-favoriti fl-aħħar telgħa bit-tama li jtejjeb iċ-ċansijiet tiegħu tal-podium fl-aħħar tiġrija professjonali. L-Ispanjol li jinsab il-ħames, tliet minuti u 34 sekonda wara Froome, jinsab 77 sekonda minn post fil-podju.

Il-battalja għall-flokk l-aħmar tiġi deċiża llum, bl-aħħar stadju ta’ 117.5 km minn Corvero de Asturias li jiġi konkluż bit-telgħa diffiċli ta’ Alto de l’Angliru.