Futbol Sport

Balzan u Sliema jaqsmu l-punti

Keane Cutajar

BALZAN……………….0
SLIEMA.…………………..0

Balzan: I. Janusevic, M. Lepovic (R. Fenech 64’), S. Bezzina, P. Fenech, B. Kaljevic, U. Ljobomirac, A. Effiong (A. Da Paixao 64’), J. Grioli, M. Johnson, E. Serrano, C E. Mendes.
Sliema: G. Sarao, S. Bianciardi, M. Muchardi (J. Pearson 82’), G. Auilina (E. Agius 46’), P. Xuereb, J. De Assis, R C. Correa, M. Scerri, R. Spiteri (F. Temille 64’), A. Muscat, N. Gavric
Imwissija: E. Serrano Valero 25’, M. Lepovic 61’, C E. Mendes 71’ (B), A.Muscat 90’ (S)
Referee: Steven Gregg
In-Mument Plejer tal-logħba – Jefferson De Assis (Sliema)

F’attendenza minima fl-ewwel logħba f’Ta’ Qali għal dan l-istaġun, assistejna għal logħba sabiħa li kienet missielta miż-żewġ naħat. Rajna azzjonijiet perikolużi miż-żewġ formazzjonijiet iżda x-xorti ma daħqet lil ħadd fejn fost l-oħrajn Sliema fallew penalty u Balzan laqtu l-lasta iktar minn darba.

Wara kwarta logħob waslet l-ewwel azzjoni meta Fenech ta’ Balzan għadda tajjeb lejn Effiong li krosja ballun li għadda min fuq kulħadd għajr għal De Fiori Mendes li min qagħda tajba tefa’ barra. Wara 21 minuta waslet ir-risposta ta’ Sliema meta Jefferson De Assis qabes lil Justin Grioli biex ġie f’pożizzjoni angolata fil-kaxxa iż-żgħira iżda spara barra.

Fl-24 minuta Peter Xuereb żmarka lil De Assis li daħal wahdu fil-kaxxa. Serrano Valero ġie jiġri min warajh u waqqgħu bir-referee Irlandiż issafar għall-penalty u juri l-karta s-safra. Alex Muscat inkariga ruħu mill-ħdax il-metru iżda sab ix-xutt tiegħu fil-baxx salvat bi bravura minn Janjusevic.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fit-52 minuta minn freekick ta’ De Fiori Mendes li deher destinat għal ġewwa. Saroa salva momentarjament bill-ballun jaqgħa għand Efiiong li xuttja żżda sab lil Biancardi attent biex tajjar minn fuq il-linja.

Fis-70 minuta Ryan Fenech ittanta xortiħ minn barra l-kaxxa minn pożizzjoni angolata b’Alex Muscat jipprova jtajjar iżda jolqot ħazin bil-ballun jidher destinat fir-rokna iżda Sarao kien attent u salva b’akkrobazzija.

Meta kien fadal kwarta De Fiori Mendes kien żvinturat meta minn korner perfett mogħti għal ġol-lasta sab il-wieqfa li ċaħditu b’Sarao li kien megħlub għall-kollox. Mir-rebound Kaljevic spara barra.

Balzan reġgħu laqtu l-lasta hekk kif kien fadal sitt minuti meta Kaljevic għadda tajjeb biex minn pożizzjoni angolata ma’ rnexxilux jdawwar il-ballun biżżejjed biex jagħti r-rebħa lil Balzan.