Ħadd ma weġġa’ meta vann li normalment iġorr il-flus, ħa in-nar fi Triq ix-Xatt tal-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn waranofsinhar, meta żewġ persuni li kienu fil-vann indunaw li kien ħiereġ xi duħħan. Malli raw hekk, huma tefgħu fil-ġenb u laħqu ħarġu qabel ma ħa n-nar.
Fuq il-post ġew imsejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar, kif ukoll Pulizija li għal xi ħin għalqu t-triq fid-direzzjoni lejn il-Belt.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li fil-vann kien hemm il-flus, iżda ma ngħatatx informazzjoni dwar kemm kien l-ammont.
Aktar dettalji dalwaqt…
//= $special ?>