Futbol Sport

Hibs u Floriana jibqgħu bla telfa

Keane Cutajar

HIBS………………..……..1
FLORIANA……….……….1

Hibernians: A. Hogg, M. Kreuzriegler, R. Gomes, J. Lima, R. Soares, M. Dias (J. Bezzina 71’), J. Degabriele (J. Mbong 81’), B. Kristensen, J. Santos, A. Agius, M. Sahanek
Floriana: I. Akpan, E. Pepe, E. Ruiz, S. Pisani, C. Borg, I. Varela, M. Vella, J. Cabral (D. Grima 69’), A. Cini, A. Ayama, M. Fonatanella.
Imwissija: A. Agius 12’, R. Gomes 80’, R. Soares 85’ (H), M. Vella 45’ S. Pisani 90+1’, C. Borg 83’ (F)
Skurjaw: E. Ruiz 40’ (F) M. Sahanek 74’ (H)
Referee: Trustan Farrugia Cann
Il-Mument Plejer tal-logħba – Ini Etim Akpan (F)

Logħba li offriet spettaklu miż-żewġ naħat spiċċat fi draw meritat ta’ 1-1. Hibernians bdew fuq l-offensiva u ddominaw il-maġġoranza tal-ewwel taqsima.

Fit-tiena taqsima Floriana ħarġu fuq l-offensiva b’Hibernians jispiċċaw jiddefendu għal ħafna ħin. Wara siegħa logħob Hibernians bdew jattakaw u kienu perikolużi u saħansitra kellom żewġ gowls invalidati fuq senjalazzjoni ta’ offside b’wieħed minnhom ikun kemxejn dubjuż sakemm irnexxilhom jiskurjaw ftit wara.
Wara seba minuti Da Garcia Gomes ta’ Hibernians sab il-ballun f’saqajħ b’lasta vojta iżda gie imċċaħħad mill-wieqfa wara li Akpan żbalja u ma żammx il-kross ta’ Jackson Lima.

Fis-26 minuta Jackson Lima irnexxilu jilħaq ballun ft-tul fil-kaxxa u prova iqabbeż lil Akpan iżda dan ta’ l-aħħar kien attent biex imblukkalu t-tentattiv. L-istess Akpan reġa kien protagonist żewġ minuti wara meta wara li salva xutt mil-bogħod ta’ Degabriele, il-ballun reġa waqa f’saqajn Lima li sab lil Ini Akpan iqum mill-art biex intefa’ fil-ħin biex wettaq sejv mirakoluż.
Floriana fetħu l-iskor wara 40 minuta meta RUIZ għola fuq kulħadd u tefa’ bir-ras fix-xibka wara korner perfett ta’ Steve Pisani.

Tlett minuti wara, reġgħa kien korner ta’ Pisani li wasal għand Varela li kien żvinturat bit-tentattiv tiegħu jiġi mblukkat.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima ġiet minn naħa ta’ Floriana wara 54 minuta meta Alex Cini tefa’ kross-xott li Andrew Hogg tajjar b’akkrobazija.

Wara siegħa logħob Floriana reġgħu kienu perikolużi meta Cabral u Hogg ġew wiċċ imbwiċċ fil-kaxxa bil-gowlkiper ta’ Hibernians ikun pront joħroġ, jilħaq u jtajjar qabel ma Cabral ikkonkluda.

SAHANEK ġab id-draw għat-tim ta’ Raħal Ġdid meta kien għad fadal ftit iktar minn kwarta logħob b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li fil-baxx għeleb lil Akpan għal skor finali ta’ 1-1.