Il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tas-sebgħa u għaxra kopja anzjana ittajret fi Triq il-Kosta, n-Naxxar.
Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li żewġ anzjani Franċiżi, għal xi raġuni sfaw milquta minn vettura tat-tip Jaguar X-Type li kienet qiegħda tinstaq minn ġuvni ta’ 23 sena, residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi għall-kura meħtieġa. Iktar tard il-mara ta’ 80 sena ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji filwaqt li l-kundizzjoni tar-raġel ta’ 84 sena sofra grieħi gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-GħassaDoreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>