Dalgħodu kompla l-proċess tal-ġbir tad-dokumenti tal-vot qabel l-elezzjoni tas-Sibt li ġej illi fiha t-tesserati se jkunu qed jeleġġu l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Sal-ġimgħa li għaddiet kienu inġabru madwar 9,000 vot.
Filwaqt li fl-ewwel fażi tal-votazzjoni fil-Kunsill Ġenerali vvutaw 1,350 kunsillier tal-PN, fit-tieni fażi se jivvutaw madwar 18,000 tesserat.
L-elezzjoni tas-Sibt se tkun qed isir fi tliet postijiet differenti – fuq il-fosos tal-Floriana, fl-MFCC Ta’ Qali u f’Ta’ Sannat Għawdex.
Il-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista tiftaħ nhar il-Ġimgħa, u tkompli s-Sibt bl-għazla tal-Kap il-ġdid tal-PN. Din se tkun l-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna li Kap ta’ partit politiku jinħatar direttament mit-tesserati.
Wara li jinħatar Kap ġdid, jibda l-proċess biex jiġu eletti l-Viċi Kapijiet kif ukoll il-karigi l-oħra amministrattivi.
//= $special ?>