Duncan Micallef hu ċ-Champion Ewropew tad-Drag Racing wara li rebaħ il-Kampjonat Ewropew li qed saru f’Santa Pod fl-Ingilterra. Micallef kien daħal għal dan l-aħħar avveniment bil-quċċata tal-klassifika overall u kellu bżonn jispiċċa qabel l-eqreb rivali Antti Horto tal-Finlandja.
Iżda fir-rawnd ta’ eliminazzjoni, Horto naqas li jgħaddi wara li kien eliminat mill-Iżlandiż Stefan Gunnarson. L-eliminazzjoni tiegħu fissret li s-sewwieq Finlandiż ma setax jaqbeż lil Micallef u b’hekk is-sewwieq Malti kien dikjarat Champions.
Għal Micallef dan kien l-ewwel titlu kontinentali tiegħu u kiseb it-titlu wara li l-Finlandiża Anita Makela rebħet dan il-kampjonat is-sena l-oħra.
//= $special ?>