Lokali

FILMAT: Festa ta’ ħornijiet waqt il-pellegrinaċċ tar-roti u l-muturi

Dalgħodu jsir il-pellegrinaġġ tar-Roti u Muturi fl-okkażjoni tal-festa ta' Ħaż-Żabbar

Servizz (fuq): Julia Blake

Fost id-daqq u l-ħsejjes tal-ħornijiet, mijiet ta’ ċiklisti dalgħodu ħadu sehem fil-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Haż-Żabbar.

Il-pellegrinaġġ tar-roti beda mir-Rabat sa Ħaż-Żabbar fid-9:30 ta’ filgħodu, waqt li dak tal-muturi beda fl-istess ħin mill-Mosta u ntemm Ħaż-Żabbar ukoll.

Il-pellegrinaġġ għadda minn diversi lokalitajiet madwar Malta, biċ-ċiklisti jsegwu l-inkwadru tal-Madonna tal-Grazzja, il-patruna taċ-ċiklisti.

NET News tkellem ma’ uħud minn dawk li ħadu sehem fil-pellegrinaġġ, fejn tkellmu dwar l-esperjenza taghhom f’dan il-pellegrinaġġ, b’ħafna minn dawk intervistati jgħidu li din ma kinitx l-ewwel darba li ħadu sehem.

Il-pellegrinaġġ isir kull sena, f’tradizzjoni li tmur lura għas-sena 1951. Spikkat id-diversità: kemm fit-tip ta’ muturi u roti kif ukoll fl-etajiet tal-parteċipanti, b’tfal, żgħażagħ u anzjani jieħdu sehem.

Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius
Ritratt: Martin Agius

Ibgħatilna r-ritratti tal-pellegrinaġġ tar-roti u muturi fuq news@netmedia.com.mt