Id-Deputat Ivan Bartolo iltaqa’ għall-ewwel darba wara l-operazzjoni mal-persuna li issa qed jgħix grazzi għall-kilwa tiegħu.
Il-persuna, Josmar Spiteri ltaqa’ ma’ Ivan Bartolo u rrangrazzjah ta’ dan kollu, anke għaliex Ivan Bartolo ma kienx jafu qabel iddeċieda li jtih kilwa.
Ivan Bartolo sostna li kien emozzjonat meta ltaqa’ ma’ Josmar u qal li se jżomm f’qalbu sal-mewt il-kliem li qallu “Int parti mill-familja tiegħi.”
L-operazzjoni li fiha Ivan Bartolo ta kilwa lil Josmar Spiteri saret fis-26 ta’ Lulju li għadda u l-kilwa mill-ewwel bdiet tiffunzjona f’Josmar.
//= $special ?>