MALTA………….8
FRANZA………..14
(2-5), (3-4), (2-3), (1-2)
It-tim nazzjonali Malti taż-żgħar tilef l-ewwel impenn tiegħu minn Grupp Ċ meta tilef 14-8 kontra Franza. Rebħa meritata għat-tim Franċiż li wera li kien aħjar mit-tim Malti hekk kif kien aktar preċiż fl-attakki tiegħu, bit-tim Malti jkollu ftuħ ħażin li ma seta’ jirkupra qatt minnu.
Il-Maltin kellu nuqqas ta’ plejers li jixxuttjaw, b’Jacob Sciberras u Ken Erdogan ikunu l-uniċi tnejn li rnexxielhom jiskorjaw, filwaqt li kienu erratiċi fil-passaġġi tagħhom. Fuq in-naħa l-oħra, minkejja t-telfa kellu partita tajba l-gowlkiper Thomas Micallef. Illum it-tim Malti jilgħab kontra l-qawwa tas-Serbja li fl-ewwel logħba tagħhom għelbu lit-tim nazzjonali tal-Ġeorġia 13-2.
It-tim Malti fetaħ tajjeb b’gowl ta’ Ken Erdogan, iżda Franza ġabu d-draw mill-ewwel permezz ta’ Thomas Vernoux. Il-Franċiżi bdew jieħdu l-okkażjonijiet li kellhom u rnexxielhom jiskorjaw erba’ gowls mingħajr risposta permezz ta’ Yoan Houllier, Thomas Vernoux, Leo Vix u Marion Vernoux, b’Jacob Sciberras inaqqas id-distakk lejn tmiem is-sessjoni.
Iż-żgħażagħ Maltin ħarġu aktar determinati fit-tieni sessjoni u kellhom bidu tajjeb b’Jacob Sciberras jiskorja darbtejn filwaqt li Marion Vernoux skorja għal Franza. Ken Erdogan żamm id-distakk ta’ żewġ gowls wara li wieġeb għal Oliveri, iżda t-tim ta’ Lucas Heurtier skorja darbtejn oħra minn Marion u Thomas Vernoux biex il-Franċiżi daħlu jistrieħu 9-5 minn fuq.
Vernoux reġa’ żied l-iskor għal Franza, sakemm Sciberras skorja doppjetta biex ħalla lit-tim Malti jittama. Iżda Franża reġgħu skorjaw darbtejn oħra biex għalqu l-logħba. L-aħħar sessjoni kienet biss formalità b’Franza jirbħu wkoll l-aħħar sessjoni għal rebħa komda.
Malta: T. Micallef, J. Culic, K. Erdogan (2), J. Sciberras (6), B. Cachia, T. Said, M. Ortoleva, K. Tanti, M. Tabone, N. Zammit, L. Galea, J. Muscat, M. Xerri
Franza: R. Bournonville, S. Ridel, A. Bouet, T. Lopinot, L. Guetti, P. Dhalluin, Y. Houllier (1), H. Curty, R. Vernoux (5), T. Vernoux (6), B. Oliveri (1), L. Vix (1), M. Osmont
Referees: David Gomez (Spanja), Erkan Turkkan (Turkija)
Riżultati mill-ewwel ġurnata
Grupp A
Ungerija v Ukrajna 11-1
Kroazja v Montenegro 13-9
Grupp B
Italja v Ġermanja 15-6
Spanja v Rumanija 21-7
Grupp Ċ
Serbja v Ġeorġia 13-2
Malta v Franza 8-14
Grupp D
Greċja v Slovakkja 11-10
Russja v Turkija 8-6
//= $special ?>

