Lokali

Persuni mfittxija wara argument b’armi tan-nar

(Ritratt mill-arkivji)

Wara t-tfitxija li lbieraħ il-Pulizija kienet qed tagħmel għal żewġ persuni wara attentat ta’ serqa f’Ħal-Qormi, il-Pulizija arrestat Libjan fil-Mosta wara li daħlitilha informazzjoni li l-Libjan kien qed jistaħba f’residenza fl-akwati ta’ Tarġa Gap.

Il-Pulizija ċċirkondaw iż-żona u arrestaw ir-raġel wara operazzjoni twila. Il-Libjan arrestat bħalissa jinsab fuq liberta’ proviżorja jistenna biex jgħaddi ġuri akkużat bi qtil ta’ żagħżugħ fl-2005.

Il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjoni u t-tfitxija għat-tieni persuna.

L-attentat serqa f’Ħal-Qormi seħħet il-Ħadd għall-ħabta tal-11 ta’ filgħodu fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi. Fejn jidher li dawn iż-żewġ persuni heddew tliet persuni b’armi tan-nar u talbuhom xi flus.