Lokali

Ryanair bi 12-il rotta ġdida għas-Sajf 2018

Il-Linja tal-Ajru Ryanair illum ħabbret l-iskeda ta’ titjiriet minn u lejn Malta għas-sajf li ġej bi 12-il rotta ġdida, servizzi ġodda għas-Sajf u ż-żieda tal-ħames ajruplan tal-flotta li se jkun ibbażat f’Malta.

B’kollox, Ryanair se tkun qed tħaddem 54 rotta lejn 18-il pajjiż li se jwassal biex żewġ miljun u nofs passiġġier, se jkunu qed jgħaddu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul l-2018.

It-12-il rotta ġdida huma lejn Aberdeen (darbtejn fil-ġimgħa), Bratislava, Pariġi Beauvais (darbtejn), Gothenburg (darba), Porto (darbtejn), Pescara (darbtejn), Seville (darbtejn), Tallinn (darba) filwaqt li t-titjiriet lejn Belfast, Napli u Riga li huma inklużi fl-iskeda tax-xitwa, se jitkomplew matul is-Sajf. Barcelona se jiżdiedu t-titjiriet.(erba’ darbiet fil-ġimgħa)

Iċ-Chief Commercial Officer ta Ryanair David O’Brien ħabbar ukoll li matul dan ix-xahar se jkun qed iġorr l-10 miljun passġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

O’Brien ħabbar ukoll li l-bookings għal dawn ir-rotot huma miftuħin u jistgħu isiru bookings sa Ottubru 2018.