Għexieren ta’ turisti l-Ħadd filgħodu spiċċaw baqgħu l-art għal ħin twil f’Marsaxlokk wara li tal-linja ma kinux frekwenti u allura ma bdewx ilaħħqu mad-domanda u bdew jgħaddu mimlijin, kif jixhed dan il-filmat fl-istage tax-“Xerriex”.
It-turisti bdew jilmentaw dwar is-servizz tat-trasport pubbliku u persuni li kienu fuq il-post saħansitra qalulna li t-turisti semmew esperjenzi negattivi oħra dwar is-servizz tat-trasport pubbliku f’pajjina, saħansitra għaliex din kienet xi ħaġa regolari u mhux ta’ darba.
Persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li s-servizz tat-trasport pubbliku, kuntrarju għal dak li jgħid il-gvern, kull ma jmur qed imur lura, b’diversi karozzi tal-linja f’rotot differenti ma jitfaċċawx fil-ħin skedat jew saħansitra ma jaslu qatt, jew b’tal-linja li jgħaddu mimlijin minħabba li jkunux regolari u għaldaqstant jilħqu jinġabru n-nies f’Bus Stops partikolari.
//= $special ?>
