Futbol Sport

Crystal Palace jkeċċu lil De Boer

Wara biss 77 jum fil-kariga, Frank de Boer tkeċċa minn manager ta’ Crystal Palace. Dan wara r-riżultati negattivi li kiseb it-tim hekk kif wara erba’ partiti Palace mhux biss tilfuhom kollha imma lanqas biss skurjaw gowl.

Fil-fatt, dan hu rekord hekk kif dawn saru l-ewwel tim li tilef l-ewwel erba’ partiti tal-Premiership. De Boer kien iffirma kuntrat ta’ tliet snin meta dakinhar ħa post l-ekskowċ nazzjonali tal-Ingilterra Sam Allardyce.

Jidher li issa se jkun ekskowċ nazzjonali Ingliż ieħor li se jmexxi lil Palace, Roy Hodgson.
Wara li rebaħ erba’ kampjonat fl-Olanda ma ‘ Ajax, De Boer mexxa lil Inter imma anke mal-klabb Taljan ma tantx dam fil-kariga. Ma’ Inter dam biss kowċ 85 jum.