Żewġ żgħażagħ minn grupp ikbar ta’ ħamsa nqabdu fil-fatt jisirqu minn forn tal-ħobż fi Triq Hompesch, fil-Fgura.
Jirriżulta li l-każ seħħ fl-aħħar jiem, lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fis-12:45. Żewġ ġuvintur jidhru jħarsu fuq ġewwa tal-forn, imbagħad wieħed wara l-ieħor jidħlu fuq ġewwa, jaħtfu ħobża kull wieħed u jaħarbu jiġru ‘l barra.
Għalkemm qed jitqies bħala każ fejn iż-żgħażagħ riedu jintogħġbu bejniethom, persuni li tellgħu dan il-filmat onlajn urew it-tħassib tagħhom li hu minn każi bħal dawn li imbagħad javvanzaw għal każi iktar serji ‘l quddiem.
Dwar dan il-każ ma jidhirx li sar rapport lill-Pulizija.
//= $special ?>

