Il-Whip u Kelliem tal-PN għaż-Żgħażagħ, Sport, Drittijiet taċ-Ċittadin u d-Djalogu Soċjali, David Agius kien wieħed minn fost dawk li laqa lil Duncan Micallef.
Dan tal-aħħar, nhar il-Ħadd li għadda ġie nkurunat champion Ewropew tad-Drag Racing wara li rebaħ il-Kampjonat Ewropew li sar f’Santa Pod fl-Ingilterra.
Għal Micallef, dan hu l-ewwel unur Ewropew.
Fi stqarrija l-PN feraħ lil Micallef u qal li hu impenjat li hekk kif ikun fil-Gvern, jinvesti fl-isport biex titkattar il-kultura sportiva f’pajjiżna.
//= $special ?>