Kummerċ Xjenza u Teknoloġija

Jindikaw illi l-kumpanija Apple se tintroduċi l-iPhoneX

Għada filgħaxija jiġi preżentat l-iPhone il-ġdid

Skont leak internazzjonali illi ħareġ jumejn biss qabel il-launch uffiċjali, jidher illi se jkun iPhoneX l-isem tat-ismart phone il-ġdid tal-kumpanija Apple. Dan sabiex l-Apple tfakakr l-10 anniversarju mit-twelid tal-ewwel iPhone.

Id-dettalji tal-mobile il-ġdid tal-Apple ħarġu fuq l-internet fl-aħħar sigħat fejn jidher illi dawn ġew mibgħuta bi żball lill-website LetsGoDigital. L-istess sit għandu aċċess ukoll għas-sistema operattiva l-ġdida.

L-iPhoneX se jkollu diversi innovazzjonijiet, fost l-introduzzjoni ta’ camera li tagħrf il-wiċċ ta’ sid il-mobile. B’din it-teknoloġija, l-istess mobile ikun jista’ joħloq emojis li jirriflettu l-burdata tal-persuna.