Lokali

Instabu l-oġġetti sagri misruqa mill-Knisja ta’ Bormla

Fost l-oġġetti sagri misruqa mill-Knisja Kolleġġjata ta' Bormla fit-22 ta' Lulju 2017

Il-Pulizija rnexxielha tirkupra l-oġġetti misruqa mill-Knisja ta’ Bormla f’serqa li saret nhar it-22 ta’ Lulju li għadda, u li dwarha tressqu l-Qorti Marflene Cricchiola kif ukoll Gianluca Sultana.

Għalkemm għad mhux magħruf jekk instabux l-oġġetti kollha misruqa, jirriżulta li wieħed mill-akkużati qed jikkopera mal-Pulizija u kien hu li għadda l-informazzjoni li wasslet biex il-Pulizija tirkupra l-oġġetti.

L-aħbar toħroġ wara li ftit tal-ħin ilu l-Pulizija għamlet rejd f’residenza privata li tinsab f’Bormla stess.