Raġel armat li, flimkien ma’ nies oħra, kien qed isegwi logħba tal-futbol Amerikan fi proprjetà fil-belt ta’ Dallas, f’Texas, fetaħ in-nar fuq in-nies ta’ maġenbu u rnexxielu joqtol seba’ persuni qabel inqatel hu stess minn pulizija.
Mhux ċar x’kien il-kaġun tal-attakk fis-subborg ta’ Piano u lanqas mhu magħruf jekk l-aggressur kienx jaf lill-vittmi.
Xi residenti f’dik iz-zona qalu li dak il-ħin kien hemm ‘numru ta’ nies preżenti għal party u li kienu qed jaraw il-logħba’ fil-proprjetà inkwistjoni. Ix-xena, qabel il-mumenti drammatiċi, kienet waħda pjuttost normali, ‘fejn in-nies kienu qegħdin jidħku ma’ xulxin huma u jippreparaw l-ikel għal barbecue’.
Massakru waqt logħba tal-Futbol Amerikan f’Dallas


