Sport Sport Ieħor

MASTERS – Dingli Desana jirbħu tournament tal-preseason

Dingli Desana rebħu l-ewwel unur tal-istaġun. Dan wara li fil-finali tat-Tools Planet Preseason Tournament għelbu lil Marsa White Stars bi skor ta’ 5-4.

Kienet partita missielta sal-aħħar, bir-riżultat jibqa’ nċert sal-aħħar. Kienet partita interessanti u ta’ livell għoli.

Fuq iż-żewġ naħat kien hemm plejes li matul il-passat kienu ferm popolari, plejers bħal ma huma Branco Nisevic, Carlo Mamo, Malcolm Licari,, Charlo Magro u Simon Shead fuq in-naħa ta’ Dingli u Kurt Formosa, Alexander Ribic, Gilbert Scerri, Fabio Gauci,, Mario Caruana u Rupert Mangion minn naħa tal-Marsa.
Sal-ewwel taqsima Marsa kienu 2-0 minn fuq u kienu qed jikkordinaw tajjeb iżda Dingli, forsi bl-esperjenza ta’ diversi plejers, għamlu reazzjoni pożittiva biex kisbu d-draw.

Kellu jkun gowl mill-isbaħ fl-aħħar ta’ Carlo Mamo li kiseb ir-rebħa għal Dingli, gowl li wasal wara li Marsa kienu għadhom kemm għamlu l-iskor 4-4. Wieħed jista’ jgħid li Marsa kien jimmeritahom jilagħbu l-ħin barrani għax offrew sfida denja lill-avversarji.

L-għan pinċipali tat-turnament kien biex it-timijiet jagħtu prova lil xi plejers ġodda u janalizzaw sewwa l-qawwa tat-tim tagħhom.

Fi tmiem il-logħba l-preżentazzjoni saret minn Robert Massa u rappreżentanti tad-ditta li sponsorjaw dan it-turnament għal dawn l-aħħar tliet snin.

Issa t-timijiet jibdew jiffukaw fuq il-Kampjonat tal-Masters li jkun ikkontestat mill-aqwa sitt timijiet tal-istaġun li għadda. Barra minn hekk isir ukoll Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni bejn seba’ timijiet.