Internazzjonali

RITRATTI: Maltemp fatali fl-Italja

Huma tal-anqas sitta l-persuni li tilfu ħajjithom wara li l-port ta’ Livorno, l-Italja, inħakem minn maltempata kbira tax-xita fi tmiem il-ġimgħa. Fost il-mejta hemm familja ta’ erbgħa li nqabdu mill-ilmijiet fil-kantina tagħhom. Hemm ukoll żewġ persuni rappurtati nieqsa u li hemm tħassib li setgħu mietu fil-maltemp. Fost il-vittmi tal-familja kien hemm tifel ta’ erba’ snin flimkien mal-ġenituri u n-nannu. F’temp ta’ erba’ sigħat hu stmat li niżlu 40 ċentimetru ta’ xita. Anki l-kapitali Ruma nħakmet minn xita qalila li ħalliet ħafna stazzjonijiet tal-metro mblukkati