Internazzjonali

Skoss ta’ terremot fiċ-ċentru tal-Italja

Kien reġistrat skoss ta’ terremot li kellu l-qawwa ta’ 3.7 fuq l-Iskala Richter fl-inħawi ta’ L’Aquila. L-epiċentru kien f’Scurcola Marsicana. Ma kienx hemm rapporti ta’ vittmi jew ħsara imma bħala prekawżjoni diversi skejjel inżammu magħluqa.