It-tennista Spanjol Rafael Nadal rebaħ l-Open tal-Istati Uniti meta fil-finali rebaħ kontra t-tennista mill-Afrika t’Isfel Kevin Anderson. Nadal, in-numru wieħed fid-dinja għeleb lill-avversarju tiegħu bi skor ta’ 6-3, 6-3, 6-4.
Qabel il-logħba Nadal kien beda bħala l-favorit u ma ta l-ebda ċans lil Anderson li għalih kien diġa’ suċċess kbir li wasal sal-finali ta’ dan l-aħħar Grand Slam għal din is-sena.
Għal Nadal dan kien is-16-il Grand Slam li rebaħ fil-karriera tiegħu u t-tieni Grand Slam li rebaħ matul din is-sena.
Din kienet l-ewwel darba sa mill-2013 li Nadal rebaħ żewġ Grand Slams f’sena wara li f’Ġunju li għadda rebaħ l-Open ta’ Franza.
Għal Nadal is-suċċess li kiseb din is-sena kien ritorn mill-aqwa wara li għal dawn l-aħħar snin sofra diversi injuries.
Ta’ min jiftakar li issa Nadal se jerġa’ jibda jaħdem ma’ kowċ ġdid matul is-sena li ġejja wara li ħabbar li mhux se jibqa’ jaħdem ma’ zijuh Toni. Issa se jkun Carlos Moya li jibda jmexxih.
Filwaqt li Nadal rebaħ l-Open ta’ Franza u dan l-Open, iż-żewġ Grand Slams l-oħra ntrebħu minn Roger Federer. Dan tal-aħħar kiseb suċċess fl-Open tal-Awstralja u f’Wimbledon.
Dan ifisser li Federer għadu l-aktar tennista li rebaħ Grand Slams, total ta’ 19, tlieta aktar minn Nadal.
//= $special ?>