L-aqwa sinjal li juri li lukanda tkun ta’ suċċess hu l-fatt li fiha jibqgħu jmorru dawk li jkunu ġew joqogħdu fiha qabel. Biex lukanda ġġiegħel lil dawk li jkunu qagħdu fiha jkunu ħerqana biex jerġgħu jmorru fiha hu billi toffrilhom esperjenzi mill-aqwa u din hi importanti l-istess daqs kemm biex tattira klijenti ġodda. Dan hu dak li jagħmel il-lukanda Victoria ‘Tas-Sliema waħda mill-aktar lukandi effettivi f’dan il-qasam skont żewġ turisti mill-Ingilterra li jibqgħu jmorru fiha, is-Sinjura Barbara Wells u s-Sinjura Margaret Nicholson. It-tnejn li huma baqgħu jagħżlu lil-lukanda Victoria għal bosta drabi u qed jippjanaw li għall-vaganzi tagħhom fil-futur jibqgħu jagħżlu lil-lukanda ta’ 4 stilel li toffri akkomodazzjoni ta’ 5 stilel.
Barbara u Margaret ma jiġux minn xulxin imma t-tnejn li huma dan l-aħħar kienu Malta, flimkien mal-irġiel tagħhom, meta għażlu li jerġgħu joqogħdu għal darb’oħra fil-lukanda Victoria biex igawdu l-ġranet tas-sajf Malti. It-tnejn jirreferu għal Malta bħala t-tieni dar tagħhom. Barbara u żewġha ilhom jiġu fil-gżejjer tagħna għal dawn l-aħħar 40 sena.
Barbara għadha tiftakar l-ewwel darba li ġiet Malta, imma ma kinitx fil-lukanda Victoria.
“19-il sena ilu għażilna li noqogħdu f’din il-lukanda għall-ewwel darba għax kienu qalulna li hi post kwiet u komfortabbli. L-ewwel darba li qgħadna fiha konna sodisfatti ħafna u bqajna niġu u nagħżlu l-lukanda Victoria darba wara l-oħra. Żewġi u jien inħobbu l-istil u l-karattru ta’ din il-lukanda li jagħmluha tilqgħek u komfortabbli għal min imur fiha.”
Aktar qabel Margaret u Dave Nicholson kellhom it-tifkira tal-40 darba li qagħdu fil-lukanda Victoria. Il-koppja ilhom jiġu Malta għal aktar minn 25 sena. L-ewwel darba li qagħdu fil-lukanda Victoria kien f’Lulju 2005 wara rakkomandazzjoni minn ħabib Malti. Minn dakinhar baqgħu jiġu ripetutament Malta u dejjem joqogħdu fil-lukanda Victoria. Minħabba li qagħdu tant drabi f’din il-lukanda Margaret u Dave saru jafu lil dawk li jaħdmu fil-front Office, fil-kċina u l-istaff tal-food and beverage. Huma faħħru wkoll is-servizz eċċellenti u rreferew partikolarment għas-Sur Charles Portelli, il-front office manager tal-lukanda.
Margaret Nicholson qalet li hu dejjem ta’ pjaċir li tkun milqugħa minn Charles. Huwa dejjem hemm biex jgħin u lest biex isolvi kull sitwazzjoni li tista’ tinqala’. M’hemmx problema kbira li hu u l-istaff tiegħu m’humiex kapaċi jsolvu.
Barbara Wells, li għandha passjoni għall-fotografija u tieħu gost tiġbed ritratti ta’ Malta, kellha kummenti pożittivi għar-rinovament ta’ €2.5 miljun li sar fil-lukanda li ntemm isir dan l-aħħar. B’hekk il-lukanda reġgħet stabbilixxiet ruħha bħala waħda minn ta’ quddiem nett fejn jidħlu l-lukandi ta’ 4 stilel. Hija faħħret partikolarment l-immodernizzar ta’ The Copperfield’s Restaurant li issa ġie rinovat għal spazju proporzjonat mill-isbaħ, bi spazju intern b’arkitettura eleganti, simili ghall-palm court restaurants fl-aqwa lukandi ikoniċi fil-dinja. Barbara hi tal-fehma li d-décor fir-ristorant jagħmel lil din is-sala aktar friska u unika.
Is-Sur u s-Sinjura Nicholson għadhom jiftakru l-lukanda New Palace qed tinbena, fil-kantuniera qrib il-lukanda Victoria. Għalhekk huma jistgħu japprezzaw aħjar id-dehra l-ġdida li l-lukanda għaddiet minnha dan l-aħħar. Il-koppja, li għal dawn l-aħħar snin dejjem f’baqgħu kuntatt ma jaqta’ xejn mas-Sur Kevin Callus, il-maniġer tal-lukanda, kellhom kliem ta’ tifħir għad-disinn il-ġdid tal-kmamar.
“Il-kmamar il-ġodda għall-mistednin fil-lukanda ġew rinovati dan l-aħħar u aħna tassew jogħġbuna l-materjali li ntużaw għal dawn il-kmamar u s-suites u l-wallpaper il-ġdid, li għandu sfond checked b’weraq imqabbeż ta’ kulur aħmar bellusi. Bla dubju ta’ xejn dan kollu jagħti lill mistednin l-esperjenza ta’ lukanda ta’ 5 stilel f’lukanda ta’ 4 stilel.”
Il-lukanda Victoria f’Tas-Sliema oriġinalment kienet inbniet fl-1997 u minn mindu dan l-aħħar sar rinovament fiha issa l-lukanda toffri dehra friska u kontemporanja filwaqt li baqgħet iżżomm dawk il-laqtiet fiha tant magħrufa, flimien mal-verżjoni Vittorjana bi stil modernizzat. Dawn it-tibdiliet jagħtu lil-lukanda atmosfera aktar li tilqgħek lill-mistedin kollha, biex dawn jirrilassaw u jiltaqgħu mal-ħbieb, ma’ tal-familja u kollegi u b’hekk ikun hemm aktar mistednin li jibqgħu jmorru fiha bħalma jagħmlu Barbara u Margaret.
//= $special ?>