It-tim nazzjonali Malti tal-Juniors sofra t-tielet telfa minn Grupp Ċ b’telfa ta’ 15-9 kontra Ġeorġia. Riżultat li juri s-superjorità ta’ Ġeorġia li kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meritatament, f’logħba li t-tim Malti kellu avversarju simili bħal partita kontra Franza. Iż-żgħażagħ Maltin kellhom wirja qalbiena li iżda setgħet kienet aħjar kieku kienu ftit attenti fil-passaġġi tagħhom fl-ewwel parti tal-logħba.
Bidu tajjeb mit-tim Malti li qasam il-logħob mal-avversarji, iżda ma rnexxielhomx itemmu s-sessjoni fi draw wara li sofrew gowl bi 52 sekonda lejn it-tmiem ta’ Tornike Khvingia. Ġeorġia rduppjaw kmieni fit-tieni sessjoni minn Kakha Samkurashvili, iżda Jacob Sciberras naqqas id-distakk minuta wara. Madankollu Khvingia reġa’ skorja fl-attakk sussegwenti. Wara li Kutchuashvili għamel l-iskor 4-1, Ġeorġia kellhom kontroll tal-logħba u rnexxielhom itemmu s-sessjoni 7-2.
B’distakk ta’ ħames gowls, Ġeorġia setgħu jamministraw il-logħba. Iżda wara li Diasamidze għamilhom 8-2, kien hemm reazzjoni mit-tim Malti li skorja tliet gowls konsekuttivi permezz ta’ Liam Galea u Ken Erdogan wara azzjoni tajba minn man-up, biex Jacob Sciberras naqqas id-distakk għal ħames gowls. Iżda Imnaishvili daħħal lit-tim tiegħu b’vantaġġ ta’ erba’ gowls.
L-aħħar sessjoni kienet aktar miftuħa, bir-riżultat prattikament ċert. Iż-żgħażagħ Maltin irnexxielhom iwieġbu għall-gowls tal-avversarji, b’Ġeorġia jibqgħu jiddettaw il-logħob biex spiċċaw il-logħba b’distakk ta’ sitt gowls.
Malta: T. Micallef, K. Culic, K. Erdogan (1), J. Sciberras (3), B. Cachia (1), T. Said, M. Ortoleva, K. Tanti, M. Tabone, N. Zammit (1), L. Galea (3), J. Muscat, M. Xerri
Ġeorġia: G. Barabadze, D. Tskhakaia (3), T. Diasamidze (1), K. Samkurashvili (2), V. Memanishvili, L. Khokhashvili, S. Dvali (1), G. Kutchuashvili (3), N. Imnaishvili (2), T. Cheishvili, T. Khvingia (2), G. Katamadze (1), N. Karchava
Referees: Stefan Seidel (Ġermanja), Erkan Turkkan (Turkija)
Grupp A
Kroazja v Ukrajna 19-4
Ungerija v Montenegro 12-11
Grupp B
Spanja v Ġermanja 13-8
Italja v Rumanija 12-6
Grupp Ċ
Serbja v Franza 19-3
Malta v Ġeorġja 9-15
Grupp D
Russja v Slovakkja 10-7
Greċja v Turkija 9-7
//= $special ?>

