Fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt sar il-funeral ta’ Dun Fortunato Mizzi, it-tifel tal-ex Kap tal-PN Nerik Mizzi.
Il-quddiesa presente cadavere kienet konċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Pawl Cremona li fl-omelija tkellem dwar il-kwalitajiet ta’ Dun Fortunato Mizzi.
L-Arċisqof Emeritus Pawl Cremona qal li Dun Fortuanto kien bniedem li ma jħobbx jitkellem dwaru innifsu u kellu l-valuri bħala priojrità fil-ħajja tiegħu.
Għall-quddiesa presente cadavere attendew diversi personalitajiet fosthom il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, il-Kap tal-PN Simon Busuttil u l-ex Kap tal-PN Lawrence Gonzi. Monsinjur Fortunato Mizzi miet fl-età ta’ 88 sena il-Ġimgħa li għadda, mdawwar mill-famija u persuni li assistewh tul ħajtu.
Hu baqa’ jgħix fid-dar tal-familja Mizzi fi Triq San Ġwann il-Belt fejn twieled u miet missieru, Nerik Mizzi. L-aħħar ftit snin ta’ ħajtu kien rikoverat fid-Dar tal-Kleru.
//= $special ?>