Il-President Taljan Sergio Mattarella għada se jibda żjara statali ta’ jumejn f’Malta.
Huwa se jkollu taħdidiet mal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll mal-Prim Ministru Joseph Muscat. Matul iż-żjara tiegħu f’pajjiżna l-President Taljan se jkollu żjarat ta’ kortesija mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati.
Il-President Mattarella se jżur ukoll diversi postijiet kulturali fosthom l-Imdina u l-Ipoġew.
//= $special ?>

