Kurżitajiet Lokali

RITRATTI: Għaliex La Vallette u r-Reġina lebsin il-ġkieket tas-salvataġġ?

Ritratt: Mario Mintoff
U xi jfisser in-numru '14,500' miktub fuq kull ġakketta tas-salvataġġ?

L-istatwa ta’ La Vallette fi pjazza De Vallette u l-istatwa tar-Reġina Vitorja f’Misraħ ir-Repubblika kienu tnejn minn numru ta’ statwi li dalgħodu qamu lebsin il-ġkieket tas-salvataġġ, u fuq kull ġakketta tas-salvataġġ, in-numru ‘14,500’.

Il-ġkieket tas-salvataġġ tpoġġew fuq dawn l-istatwi bħala parti minn protesta b’messaġġ dwar l-immigrazzjoni rregolari fil-Baħar Mediterran.

B’kollox hu maħsub li mill-2014, mietu mal-14,500 persuna fil-Mediterran, huma u jipprovaw ifittxu ħajja aħjar għalihom u għall-familji tagħhom.

Il-ġkieket tas-salvataġġ fuq l-istatwi u l-monumenti fil-Belt tpoġġew b’messaġġ kontra n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Unjoni Ewropea biex tnaqqas dawn l-imwiet.

Monumenti oħra li fuqhom tpoġġew il-ġkieket tas-salvataġġ jinkludi l-monument tas-Sette Giugnio u l-iskulturi ta’ Antonio Sciortino u Les Gravroches.