Internazzjonali

Clinton twarrab kull possibbiltà li terġa’ tikkontesta l-Presidenza

Hekk kif fi New York ippreżentat ktieb ġdid, Hillary Clinton ħabbret li ma kenitx se terġa’ tikkontesta elezzjoni Presidenzjali. Ktieb li fih titkellem proprju dwar il-kampanja elettorali tas-sena li għaddiet li fiha ħareġ rebbieħ Donald Trump.
Min-naħa l-oħra filwaqt li Clinton qalet li kienet se tibqa’ attiva fix-xena politika Amerikana.
Iżda filwaqt li Clinton tagħti parti mit-tort lil ħafna għat-telfa elettorali, hi qalet li fl-aħħar mill-aħħar hi kienet il-kandidat u hi mexxiet il-kampanja u l-akbar tort tat-telfa kien tagħha. Fost l-oħrajn tgħid li ma setgħetx tħoss il-polż tal-poplu rigward ir-rabja li kien hemm wara l-kriżi finanzjarja tal-2008. Clinton qalet li fl-aħħar mill-aħħar, hi ma setgħetx tħoss il-polz tal-poplu u ma setgħetx tattira s-simpatija tal-maġġoranza tal-elettorat.