Sport Sport Ieħor

Għada jirritorna l-futsal bil-finali tas-Super Cup

L-istaġun li għadda, Luxol kienu r-rebbieħa tas-Super Cup

Għada jingħata bidu għall-istaġun tal-futsal lokali, bil-finali tas-Super Cup bejn Luxol St. Andrews u Ħamrun Tre Angeli. Luxol li kellhom staġun tajjeb u li ġew inkurunati champions, għadhom ġejjin mill-kwalifikazzjoni storika li kisbu għar-rawnd prinċipali fil-UEFA Futsal Cup.

Fuq in-naħa l-oħra, Ħamrun irnexxielhom jirbħu l-aħħar kompetizzjoni dik tan-knock-out wara li fil-finali kienu għelbu lil Valletta. Il-finali bejn dawn iż-żewġ timijiet se tintlagħab bħal dejjem fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin u tibda fit-8.00pm.