Dalgħodu l-Presdient tal-Italja Sergio Mattarella beda żjara statali ta’ jumejn f’Malta.
Hu wasal dalgħodu fejn saret ċerimonja uffiċċjali ta’ merħba fi Pjazza San Ġorġ.
Wara hu żar il-Palazz tal-President fejn hemmhekk kellu taħdidiet uffiċjali mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Il-President Taljan aktar tard ikollu wkoll taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat, mal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u se jżur diversi postijiet kulturali.




