Futbol Sport

Illum titkompla l-UEFA Champions League

Josè Callejon jiċċelebra ma' sħabu wara li fetaħ l-iskor fl-aħħar logħba ta' Napoli kontra Bologna (Ritratt: EPA)

Wara li lbieraħ intlagħbu tmien partiti mill-ewwel erba’ gruppi, illum titkompla l-UEFA Champions League bi tmien partiti oħra mill-erba’ gruppi li fadal. Fost il-logħbiet jispikkaw il-konfronti bejn Liverpool u Sevilla f’dik li hi ripetizzjoni tal-finali tal-Europa League ta’ żewġ staġuni ilu.

Waħda mill-partiti li tispikka llum hi dik bejn Borussia Dortmund u Real Madrid f’dak li qed jitqies bħala wieħed mill-gruppi tal-mewt. Real Madrid jibdew favoriti li jiksbu r-rebħa minħabba li huma qed jiddefendu l-kompetizzjoni li rebħu s-sena l-oħra. Fl-aħħar logħba tagħhom, l-Ispanjoli spiċċaw 1-1 fil-Bernabeu. Fil-logħba l-oħra mill-istess grupp, Tottenham jibdew f’Ċipru kontra APOEL f’konfront li ma jistgħux ifallu minħabba ż-żewġ avversarji l-oħrajn.

Wara li kkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi u bdew il-kampjonat bi tliet rebħiet minn tliet logħbiet, Napoli se jkunu qed ifittxu li jkomplu l-bidu pożittiv tagħhom b’konfront barra minn darhom kontra Shaktar Donetsk. Bir-ritmu tagħhom bħalissa, Napoli jibdew favoriti iżda l-avversarji tagħhom huma tim ta’ ċertu livell li kapaċi joħolqu periklu speċjalment meta jilagħbu fil-grawnd tagħhom.

Mill-istess grupp, Manchester City ukoll jibdew barra minn darhom kontra ċ-Champions Olandiżi Feyenoord. Manchester City fil-kampjonat kisbu tliet rebħiet u draw u r-ritmu li qabdu speċjalment fl-aħħar logħba meta għelbu lil Liverpool 5-0, għandu jpoġġihom favoriti li jiksbu l-massimu tal-punti u jibdew dan il-grupp fuq nota pożittiva.

Il-logħbiet li kollha jibdew fit-8.45pm huma:

Grupp E

Liverpool v Sevilla

Maribor v Spartak Moscow

Grupp F

Feyenoord v Man City

S. Donetsk v Napoli

Grupp G

Porto v Besiktas

Leipzig v Monaco

Grupp H

R. Madrid v APOEL

Tottenham v B. Dortmund