L-approvazzjoni b’vot qawwi tal-Parlament Ewropew favur in-nomina ta’ Simon Busuttil bħala membru f’Kumitat ta’ Esperti fil-Qorti Ewropea, tiddomina l-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon. Storja oħra prominenti hi l-aħbar li l-festi tal-Indipendenza se jibdew il-Ħadd li ġej Fuq il-Fosos tal-Floriana, u li dawn se jkunu l-ewwel attivitajiet għall-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista li se jiġi elett minn fost it-tesserati s-Sibt li ġej.
Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw il-Libjan li qed jistenna li jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ Simon Grech fil-Marsa fl-2005, inqabad jipprova jwettaq hold-up għal €20,000 f’Ħal Qormi, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mas-sejba tal-oġġetti sagri tal-Kolleġġjata Immakulata ta’ Bormla li nstabu f’għalqa qrib ġibjun fi xkora tal-għalf aktar kmieni din il-ġimgħa, u r-rabja għat-tkeċċija tal-Maestro Brian Schembri mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.
F’opinjoni ta’ Joseph Cassar, eks-President tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista u eks-Ambaxxatur għal Malta, tiġi analizzata l-ħajja u l-personalità ta’ Monsinjur Fortunat Mizzi li jfissru bħala qaddej t’Alla li ismu jistħoqqlu jinkiteb b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-iżvilupp soċjali ta’ Malta.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ David Casa, Mark Anthony Sammut u David Agius.
//= $special ?>