Elezzjoni Kap PN Lokali

“Il-Passjoni tan-Nazzjonalisti bħall-fjamma li se twassalna għal ġejjieni sabiħ” – Adrian Delia

“Il-passjoni tan-nazzjonalisti mhux biss se tibqa’ mixgħula bħal fjamma imma se tkun in-nar li jwassalna għal-ġejjieni”. Sostna dan il-Kandidat għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarjiet quddiem id-dar ċentrali tal-partit nazzjonalista. Adrian delia faħħar u irringrazzja lil-voluntiera u l-ħaddiema kollha tal-partit li tul dawn il-ġimgħat ikkontribwixxew biex issir l-elezzjoni għal-kap tal-partit nazzjonalista.

Tkellem wkoll dwar il-ġbir tal-voti għal din l-elezzjoni u qal li jidher li l-konkorenza kienet tajba speċjalment fl-aħħar jum. Semma’ kif din kienet l-ewwel darba li t-tesserati jistu jitfgħu il-vot tagħhom għal din l-elezzjoni u din iġġib magħha ċertu problemi loġistici li iżda qal li dawn ġew megħluba. Dwar il-problemi ta’ numru ta’ tesserrati li kellhom tesserra għal għomorhom u b’xi mod deher li ma kienux eleġibbli jivvuttaw,

Adrian Delia qal li hu infurmat li kull min għamel ilment mal-kummissjoni u irrizulta li kellhu raġun ingħata dan il-vot. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet il-kandidat għal-kap nazzjonalista qal li tul dawn il-ġimgħat ta’ kampanja ra entużjazmu kbir fi ħdan il-partitarji nazzjonalisti li jixhdu li dan huwa partit ħaj u li jridu jipparteċipaw fid-demokrazija. Qal li jidher li din l-elezzjoni se tkun waħda parteċippativa.

Jekk inkun elett kap rrid nara li din il-passjoni tal-partitarji nazzjonalisti mhux biss tibqa’ mixgħula bħal fjamma imma jkun in-nar li jwassalna għal-ġejjieni. Sostan Delia mal-media preżenti.

F’kumment ma’ In-Nazzjon hu qal li bl-għażla tagħhom it-tesserati se jivvutaw mhux biss għall-Kap tal-partit nazzjonalista imma anke għal Kap tal-oppożizzjoni u għal Prim Ministru prospettiv bil-messaġġ tiegħu jibqa’ dejjem wieħed ta’ mod ġdid kif issir il-politika.

Adrian delia qal li jirbaħ minn jirbaħ is-sibt hu se jkun rebbieħ xorta għaliex tul dawn il-ġimgħat iltaqa ma bosta persuni ġenwini u ddeskriva din l-esperjenza bħala waħda mil-isbaħ. Qal li ż-żewġ kontestanti, jirbaħ min jirbaħ, se jibqu jagħtu l-kontribut lil partit nazzjonalista u allura huwa ċert li l-partit nazzjonalista se joħroġ rebbieħ.

Fl-istess konferenza tal-aħbarjiet adrian delia qal li għada se jkun qed jiġi ippublikat r-rapport ta’ verifikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-assi personali tiegħu, li saret mid-ditta mazars.