Lokali

“L-Ewropa trid terġa’ ssib il-valur soċjali li kien jagħmilha” – Marie-Louise Coleiro Preca

Fil-Belt Valletta beda jiltaqa’ l-Grupp Arraiolos li huwa ippresedut għall-ewwel darba mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u li qed jigbor 13-il President minn pajjizi membri tal-Unjoni Ewropea mhux eżekuttivi.

Din is-sena fil-forum qed jieħdu sehem fih il-Presidenti tal-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall u lis-Slovenja.

Fid-diskors tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca għamlet enfasi fuq il-valuri soċjali li hemm bżonn l-Ewropa terġa’ ssib. Hija tkellmet ukoll dwar l-immaniġjar tal-isfidi tas-sigurtà fiż-żona Ewro-Mediterranja.

Fid-diskors tal-bidu, f’Dar il-Mediterran hija sostniet ukoll li l-ewwel pass għandu jkun li jiġu indirizzati l-effetti tat-tibdil fil-klima u kif ukoll hemm l-aġenda ambjentali. Sfidi oħrajn li tkellmet fuqhom Coleiro Preca huma dwar l-enerġija sostenibbli u t-tibdil fil-klima.

Fost il-punti li se jiġu diskussa huma l-ġustizzja soċjali, l-immigrazzjoni, l-istrateġiji għall-inklużjoni soċjo-ekonomika.