Il-Ħamis sar l-aħħar dibattitu bejn il-kandidati għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan kien l-aħħar dibattitu direttament bejn iż-żewġ finalisti f’dan il-proċess: Adrian Delia u Chris Said.
Għall-ewwel żewġ dibattiti kienu preżenti wkoll il-kandidati Alex Perici Calascione u Frank Portelli. Madanakollu kienu Adrian Delia u Chris Said li kisbu l-akbar ammont ta’ voti f’elezzjoni li saret aktar kmieni minn fost il-membri tal-Kunsill Ġenerali tal-PN. Issa, iż-żewġ finalisti se jipparteċipaw f’elezzjoni nhar is-Sibt li ġej minn fost 15,000 tesserat tal-Partit Nazzjonalista li ġabru d-dokument tal-vot tagħhom.
Id-dibattitu ixxandar ukoll fuq mezzi oħra kemm fuq NET Television u kif ukoll fuq Radio 101.
//= $special ?>