Minbarra l-akkwist ta’ Joseph Sammut, Sliema ħatru wkoll il-kowċ il-ġdid tagħhom hekk kif ħabbru li Sergio Afric se jerġa’ jirritorna mal-klabb għat-tielet esperjenza tiegħu mal-Blues. Afric hu isem sinonimu mal-Waterpolo lokali hekk kif għajr esperjenza qasira fil-Peru, hu ilu kowċ f’Malta aktar minn 20 sena, fejn minbarra Sliema, mexxa lil San Ġiljan u Sirens darbtejn, Neptunes kif ukoll kien kowċ mat-tim nazzjonali Malti.
Wara esperjenza mat-tim nazzjonali tal-Perù, dan l-istaġun, Afric kien irritorna f’Malta ma’ Sirens fejn mexxa lit-tim minn San Pawl il-Baħar għat-tielet post għall-ewwel darba mill-2008.
Ma’ Sliema, Afric kellu suċċess kbir. L-ewwel esperjenza tiegħu ma’ Sliema kienet bejn l-2001 u l-2004, bil-kowċ Kroat jirbaħ erba’ kampjonati konsekuttivi u darba n-knock-out. Imbagħad, Afric reġa’ kien ma’ Sliema bejn l-2009 u l-2012 fejn rebaħ darbtejn in-knock-out u darba l-kampjonat, li ironikament hu l-aħħar kampjonat li Sliema rebħu.
“Ninsab kuntent ħafna li rritornajt ma’ Sliema u se nagħti l-massimu tiegħu biex inġib lil Sliema f’pożizzjoni li jirbħu l-kampjonat,” qal Afric f’kumment lil dan is-sit.
//= $special ?>