Lokali

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident tat-traffiku

Ritratt mill-arkivji
Is-sewwieq hu żagħżugħ ta' 27 sena

Dalgħodu, għall-ħabta tas-6:10am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq l-Aħwa Galea, il-Mosta minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident stradali.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni, kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha YP250 u karozza tal-għamla Renault Kadjar.

Is-sewwieq tal-mutur – żagħżugħ ta’ 27 sena residenti Ħal Lija, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jiġi ikkurat għal ġrieħi li sofra. Filwaqt li x-xufier tal-vettura l-oħra, li għandu 54 sena u joqgħod il-Mosta, ma sofra l-ebda ġrieħi.

Iktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.