Tifla ta’ 8 snin u mara ta’ 37 sena jinsabu l-isptar jsofru minn ġrieħi wara li dalgħodu żviluppaw nirien f’residenza fi Vjal Blue Grotto fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu meta għal xi raġuni żviluppa nar mill-washroom tar-residenza.
Fuq il-post issejjħu Pulizija kif ukoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.
Kemm it-tifla kif ukoll il-mara ttieħdu mmedjatament l-isptar wara li kienu qed isofru minn ġrieħi kawża tad-duħħan li belgħu, bil-mara tkun ċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja waqt li l-kundizzjoni tat-tifla għad mhux magħrufa.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

