Futbol Sport

Bournemouth jiksbu l-ewwel rebħa fil-Premier League Ingliż

(Ritratt: Premier League)

Bournemouth irnexxielhom jiksbu l-ewwel rebħa fil-Premier League Ingliż meta dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Brighton 2-1 fil-Vitality Stadium. Minbarra li kisbu l-ewwel rebħa, it-tim ta’ Eddie Howe kiseb ukoll l-ewwel punti tal-istaġun wara li tilfu l-ewwel erba’ logħbiet.

Brighton marru fil-vantaġġ fil-55 minuta meta minn kross mil-lemin, kien Solly March li b’daqqa ta’ ras għeleb lil Asmir Begovic. Bournemouth ġabu d-draw fis-67 minuta b’gowl ta’ Andrew Surman, biex sitt minuti wara, kien l-attakkant Jermain Defoe li skorja l-gowl tar-rebħa b’konklużjoni fil-baxx għar-rokna.