Anzjan jista’ jqis ruħu fortunat hekk kif kien biss frazzjoni ta’ sekonda bogħod milli jittajjar minn sewwieq ta’ mutur.
Dan wara li r-raġel, iktar kmieni dalgħodu, għażel li jaqsam Triq Ħaż-Żabbar, fil-Fgura, bl-addoċċ minn bejn karozzi li kienu wieqfa fit-traffiku. Fl-istess waqt kien għaddej mutur li għadda minn miegħu bi żbrixx.
L-azzjoni tar-raġel, li jaqsam bl-addoċċ fi triq traffikuża b’sensiela ta’ traffic lights mat-tul tagħha, setgħet wasslet biex minbarra li jweġġa’ serjament hu, jarmi lis-sewwieq tal-mutur minn fuq il-vettura tiegħu b’konsegwenzi ferm serji.
//= $special ?>