It-tħejjijiet fuq il-Fosos għaddejjin ġmielhom biex minn nhar il-Ħadd jilqgħu il-festi tal-Indipendenza ta’ din is-sena, organizzati mill-Partit Nazzjonalista.
Filfatt, il-Ġimgħa waranofsinhar żaret il-preparamenti s-Segretarju Ġenerali Rosette Thake, li fissret kif apparti l-Festi tal-Indipendenza, il-fosos se jkun qed jospita wkoll wieħed mill-postijiet tal-votazzjoni fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
“Din is-sena, il-festi huma kkaraterizzati mill-elezzjoni ta’ Kap ġdid. Ħa jkollna Kap ġdid, u se nkunu qed nintroduċu l-Kap ġdid permezz tal-attivitajiet politiċi li se jsiru matul l-erbat ijiem tal-Fesi tal-Indipendenza,” spjegat Rosette Thake ma’ NET News.
Il-Ħadd, it-Tnejn u t-Tlieta jsiru attivitajiet politiċi li kollha jibdew fis-7.30 ta’ filgħaxija, u jkunu segwiti minn attivitajiet ta’ divertiment differenti, fosthom kunċerti live u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza. L-Erbgħa imbagħad isir id-diskors mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista elett.
//= $special ?>