Grupp ta’ Maltin assistew għal xena mhux tas-soltu hekk kif waqt safari fis-Sri Lanka, kienu ftit metri biss bogħod minn attakk ta’ iljunfant fuq tuk tuk.
Fil-filmat jidher grupp ta’ persuni joffru xi ħaġa tal-ikel lill-iljunfant, iżda meta dan ġie biex jieħu l-ikel, dawn il-persuni daħħlu jdejhom il-ġewwa bil-konsegwenza li l-iljunfant kien attirat idaħħal it-tromba tiegħu fuq ġewwa tat-tuk tukk.
Malli l-iljunfant beda jisforza lilu nnifsu fuq ġewwa, il-passiġġieri ħarġu mit-tuk tuk u jidhru jżommuha milli tinqaleb fuq ġenb sakemm l-iljunfant ġie attirat bogħod mill-vettura bil-persuni jirnexxielhom jaħarbu.
Il-Maltin li kienu f’vettura iżjed lura jinstemgħu jgħajtu b’sorpriża u frott ukoll tal-biża’ li ħakmithom.
//= $special ?>